Gloria in excelsis Deo

Rit:
Gloria in excelsis deo,
Gloria, Gloria x2

Glorja ’l Alla fl-għoli tas-sema
U paċi fl-art lilkom bnedmin
Glorja ’l Ibnu fl-għoli tas-sema
Hu miet u qam għalina lkoll. Rit:

Alla sidna ħlaqtilna d-dinja
L-art, is-sema u l-madwar
Mulej tagħna ħaruf waħdieni
Int tħenn taħfrilna d-dnubiet. Rit:

Alla sidna fik biss tinsab
It-tama tagħna għall-ġejjien
Bik ġo qalbna ngħixu għal dejjem
Permezz tal-mewt t’ibnek Ġesù. Rit:

Mulej Alla ma’ Ġesù Kristu
U mal-Ispirtu s-Santu l-ħaj
Dat-twemmin tal-Insara kollha
Il-qawwa ta’ din l-unità. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika