Go Nazaret
Miġbura f’darek ġo Nażaret
Smajt min ikellmek, ma tafx min kien.
“Sliem o Marija, miegħek il-Mulej.
Mimlija grazzja, int se ssir omm.”
Rit:
Ave Marija, Ave Marija,
Ave Marija, Ave!
Ma nistax nifhem kif se jseħħ dan:
La jiena verġni, kif insir omm?
‘Il-qawwa t’Alla iddellel fuqek’
Ħa jsir, o Alla, dak li trid Int’. Rit:
Ġewwa kamartek hemm f’Nażaret
Għajnejk dlonk tiftaħ, l-anġlu mhux hemm
‘O Spirtu Santu, mexxini Int,
Sabiex innissel is-Salvatur’. Rit:
Ifraħ Marija, miegħek il-Mulej.
Tkellem Marija, il-Verb ġie fik.
FiH għix Marija, Huwa jgħix ġo fik.
U s-salvazzjoni ksibna mill-ġdid. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: