Ħadd ma jħobbok bħali

Kemm stennejt dan il-mument
Tiġi tiftaħ qalbek miegħi
Kemm stennejt li ssib ftit ħin
Li tiġi dduq l-imħabba tiegħi.
Minni ħrabt u minni nħbejt
Imma naf kemm int sofrejt
Sewwasew minn xiex għaddejt
U f’ħajtek kemm batejt.

Rit:
Għax naf li ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le, ħadd ma jħobbok bħali.

Naf sew dak li int trid tgħid
Għalkemm qatt ma tkellimt miegħi
Naf sew dak li qalbek tħoss
Għalkemm qatt ma qsamt xejn miegħi.
Fi tfixkil dejjem kont ħdejk
Jien miegħek hemm imxejt
Sa rfajtek minn idejk
Meta għal kollox kont għajjejt.

Rit:
Għax naf li ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Hemm fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok daqsi.

Jien miegħek ser inkun,
Inkun xi jkun li jiġri f’ħajtek
Għal dejjem nibqa’ nkun
Qawwa għalik – ġo qalbek.

Rit:
Għax ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok bħali.
Għax ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le ħadd ma jħobbok daqsi.
Jien miegħek nibqa’ nkun – fi mħabbti.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika