Ħallejt O Alla is-sema

Ħallejt o Alla s-sema,
Biex tgħix fost il-bnedmin
Sirt bniedem wieħed minna
Biex tifdi lill-ħatjin x2

O Bambin ċkejken, ħelwa tarbija
Ejja eħlisna, mill-għajb tal-ħtija
O Alla ta’ ħniena
Minn kemm tbatija għaddejt
Minħabba dawk li fdejt. x2

Lemħuk u triegħdu l-kwiekeb
Xħin rawk tarbija f’għar
Imqiegħda fuq ftit tiben
Bħall-ifqar fost il-fqar x2

W iddew bil-qawwa biex bl-isbaħ dija
Juru ħlewwietek ’l Ommok Marija
O! Magħha ħallina f’dirgħajna inbennuk
Ma’ qalbna jħaddnuk. x2

Għaliex, o Bambin ċkejken
M’hawn xejn fil-għar għalik?
M’hawn lanqas xiber xoqqa
Biex ommok bih tgħattik x2

Għax ridt mill-frugħa, tal-art tifridna
U lejk bl-imħabba, tal-qalb tiġbidna
O Alla xi mħabba
Xi mħabba tas-smewwiet
Li tfawwar bil-barkiet. x2


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika