Ħares lejna Mulej
Ħares lejna, Mulej, ulied imħabbtek,
F’din il-għodwa li wrietna l-ħelsien;
Isma’ ’l qlubna fil-hena jlissnulek
L-isbaħ għanja li ntisġet maż-żmien.
Ħajr Mulej ħajr li b’mewt ħassart dnubna
Tajtna l-ħajja u s-sebħ fil-qawmien.
Fik ilqagħna biex bħalek mal-qawma
Niksbu r-rebħa f’saltnatek bla tmiem.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul