Ħdejk jien ġejt Mulej
Jien tas-sema u l-art is-sid
Smajt ta’ ġensi d-dmugħ u l-krib
Kull min jgħix fid-dlam u d-dnub
Neħilsu fis.
Jien li ħlaqt il-kwiekeb sbieħ
Dlam f’dawl nibdel minnfih
Min se jwassal dan id-dawl?
Nibgħat lil min?
Rit:
Ħdejk jien ġejt Mulej
Lili trid, Mulej?
Leħnek smajtu fil-ħemda tal-lejl
Jien immur fejn trid
Jekk tmexxini Int
F’qalbi ngħożż il-poplu l’ Int għażilt.
Jien tal-ksieħ u s-sħana s-sid
Doqt l-uġigħ ta’ ġens marid
Għax ħabbejthom lilhom bkejt
’Ma tawni l-ġenb.
Qlubhom iebsa nibdel jien
U nkebbishom bin-nirien
Jien ngħidilhom li nixtieq
Nibgħat lil min? Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul