Ħelsien

Minn prinċep tas-sema ċċekken u sar
Għalik u għalija bħall-agħar fost il-fqar
Għax rana mitlufa fid-dnub u fl-imrar
Sar bniedem, sar bħalna, tarbija ġo għar.

Rit:
Il-fidwa ġa ġiet f’dal-lejl tal-Milied
It-tifel li twieled ġabilna l-ħelsien x2

Għalkemm minn dil-ġrajja
Għaddew bosta snin
Iżd’ aħna ferħana ninġabru flimkien
Tarbija turina li Alla ħanin
Mill-mewt lili u lilek kisbilna l-ħelsien. Rit:

Iżda nara madwari min fl-agħar dlamijiet
Mifluġ u mtaqqal taħt piż il-ħtijiet
Tgħid sema’ bil-bxara tal-lejl tal-Milied?
Li Alla ħelisna – li l-fidwa ġa ġiet? Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika