Ħobż tas-smewwiet
Quddiemek hawn miġbura,
Flimkien, Ġesù, nqimuk.
Arana lkoll madwarek:
Int taf kemm inħobbuk!
Rit:
Ħallina nibqgħu miegħek
Ħa ntuk kull ħajr u ġieħ.
Int l-hena, id-dawl, it-tama,
Il-għaxqa u l-mistrieħ.
Magħluq ġot-tabernaklu
Kull ħin aħna nsibuk.
O! X’ferħ inħossu f’qalbna
Kull darba li nżuruk! Rit:
Iġbidna lejk xħin niġu
Quddiemek f’dan is-skiet
Biex nilqgħu ġo sidirna
Ilkoll Ħobż is-smewwiet! Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin