Iftħu qalbkom
Rit:
Iftħu qalbkom beraħ għal Kristu
Huwa jagħraf x’hemm
Ġewwa kull bniedem.
Iftħu qalbkom, mingħajr biża’,
Fittex ilqa’ llum lil Kristu.
Kristu Qaddej t’Alla
U ta’ kull bniedem il-qaddej
Lilna huwa jibgħat
Biex bħalu naqdu lill-bniedem. Rit:
Kristu għinni inti
Biex bħalek jiena nkun
Qaddej umli ta’ kull bniedem
Biex l-imħabba biss inwassal. Rit:
Kristu Int b’salibek
Tajtna r-rebħa ta’ kull żmien
Dik tal-Ħajja fuq il-mewt,
Dik tal-maħfra fuq id-dnub. Rit:
Kristu għinna nilqgħu
Lil salibek biex inkunu,
L-idejn tiegħek, il-qalb tiegħek
Illi jħobbu lill-bnedmin. Rit:
Ejjew nilqgħuh, ejjew nilqgħuh x2
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul