Il-belt t’Alla

Mir-raqda fis qumu
u ngħaskom tajruh
jum ġdid qed iżernaq
għal min jgħix fid-dmugħ.

Kull min fid-dlam qiegħed
Dawl jilmaħ sabiħ
Is-sid tal-qlub tagħna
Tal-lejl hu rebbieħ.

Rit:
Nibnu lkoll ta’ Alla l-belt
Biex bil-ferħ jimtlew il-qlub tagħna
Għaliex Hu l-imħabba u d-dawl
Il-lejl biddlilna fin-nhar.

Ulied aħna tal-għodwa
Ulied aħna tal-jum
Għax dak illi ħabbna
Jgħix magħna kuljum.

Is-sid tat-tjubija
Jixtieqna f’kull żmien
Bħal dawl għall-ġens tiegħu
Ħa jsib il-ħelsien. Rit:

Alla hu d-dawl
U fih xejn dlam ma nsibu
Ejjew nimxu warajh
Għax aħna wliedu lkoll.

U farrġu ġens tiegħi
Bil-ħlewwa kellmuh
Il-belt tiegħi għożżu
Twelidha xandruh. Rit:


Żminijiet: Għid 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika