Il-ġrajja tal-Milied

Rit:
Alleluia, alleluia,
Twieled Ġesù Bambin!
Alleluia, alleluia,
Twieled għalina l-Bnedmin!

Mar l-anġlu biex ħabbar
Lir-rgħajja msejknin
Li kienu mal-merħla
Qed jgħassu mgeddsin.
Kif qallhom li twieled it-Tfajjel mixtieq,
Bil-ferħ riedu jtiru għal ħdejh
Qabdu t-triq. Rit:

Min jaf b’liema ħlewwa
Flimkien daħlu ħdejh!
Min jaf x’ħarsa kellu fil-kisra t’għajnejh!
Min jaf xi tbissima sabulu f’xofftejh!
Min jaf x’taħrik għamel
Bis-swaba’ w b’idejh! Rit:

Ir-rgħajja mistagħġba
Misruqa mill-ħlewwa
Taċ-ċkejkna tarbija
Li ġiet tiżra’ s-sewwa,
Minn hemm reġgħu ħarġu
Għannej l-għanjiet sbieħ
Ta’ ħajr ’il-kbir Alla bihom tawh ġieħ. Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika