Intom ix-Xhieda Tiegħi

Intom
ix-xhieda tiegħi,
jekk mal-poplu tistqarru min jien.

Intom
ix-xhieda tiegħi,
jien li nagħti il-veru ħelsien.

Intom
ix-xhieda tiegħi,
li nibgħatkom ilkoll kullimkien.

Ixhdu
għalija bla ebda mistħija,
li għadni is-Sid
tal-ħolqien.

Agħtu
dix-xhieda lil ħutkom mixtieqa,
li jagħrfu fis-sewwa
min jien.

Nibgħatkom
ġejt, igħid il-Mulej,

bħal
nagħaġ qalb miljuni ta’ lpup.

Morru
għidulhom li min jaċċettani,

minn lupu
jien nagħmlu ħaruf. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għand min jien fdejt,

għal
min demmi kollu xerridt.

Morru
għidulhom li mxennaq għalihom,

ngħannaqhom
minn dejjem jien ridt. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għax qatt ma nsejt,

lil ħafna
li telqu ’il bogħod.

Morru
għidulhom li lest li nilqagħhom,

u nerġa’
inqiegħdhom fis-sod. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, Jien hu l-Feddej,

nibgħatkom
fost ħafna eluf.

Morru
għidulhom kif lilhom salvajthom,

għax
ġejt biex insib il-mitluf. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għax irrid ngħid,

minn
fommok li nħobbhom tassew.

Morru
għidulhom bil-ħajja fissrulhom,

li jiena
irbaħt anki l-mewt. Rit.


Żminijiet: Ferja 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika