Isma’ l-għanja tal-Milied

Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet”
Twieled fostna Iben Alla
Ġie jfawwarna bil-barkiet.
Sar tarbija minn Marija
Xebba safja minn kull ħtija
Il-profeti hekk ħabbruh
Fqir ġo għar ser issibuh
Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet.”

Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet”
Ġie jumilja il-kburija
Mhux biex jibni xi saltniet
Hu is-sid tal-ħolqien kollu
Min jaqdih il-paċi jkollu
Barkiet jagħti lill-bnedmin
Maħfra wkoll lill-midinbin
Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet.”

Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet”
Ġie ġo daru imma l-ħżiena
Ma laqgħuhx iddieħku bih
L-anġli niżlu qtajja’ qtajja’
Tawh il-merħba l-maġi w r-rgħajja
Minn Erodi tal-kefrijiet
Bilkemm baqa’ ftit irmied
Isma’ l-għanja tal-Milied
“Kristu niżel mis-smewwiet.”


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika