Ismagħni Mulej
Ismagħha l-għanja, Sidtna Marija
Il-għanja ħelwa tagħna l-Maltin;
L-għanja li ntisġet min-nies għaqlija.
U nstemgħet tidwi f’eluf ta’ snin:
Għażiża ommna, Sidtna Marija,
Bis-sliem hennina t’Ibnek Ġesù.
F’kull naħa mwarrba tal-gżira tagħna
Hemm l-isem tiegħek fil-blat miktub;
Tidħaq xbihetek fil-knejjes kollha,
Fejn tqimek dejjem l-għanja tal-qlub.
Għażiża ommna, Sidtna Marija,
Bis-sliem hennina t’Ibnek Ġesù.
L-għanja titolbok, Sidtna Marija,
Li inti tibqa’ magħna f’kull żmien:
Għalhekk int amar, Ommna Marija,
Li l-għanja tiegħek ma tmut imkien.
Għażiża ommna, Sidtna Marija,
Bis-sliem hennina t’Ibnek Ġesù.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: