Ismek Qaddis

Int t’Israel is-sultan – Ismek qaddis
Int Alla kbir u setgħan – Ismek qaddis
Int il-ħaruf ta’ bla dnub – Ismek qaddis
Int mill-Missier il-Midluk – Ismek qaddis

Rit:
F’Ismek jinħafer kull dnub
Jieħu s-saħħa l-magħtub
Jimtlew bik il-qlub.

F’ismek kull spirtu ħażin
Jitkeċċa minn min
Lil kelmtek iqim
Għax Ismek qaddis.

Int l-Iben t’Alla l-ħaj – Ismek qaddis
Int lilna tiġbor bħal ragħaj – Ismek qaddis
Inti s-Sid u l-Mulej – Ismek qaddis
Inti tad-dinja l-Feddej – Ismek qaddis. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika