It-tieni waqgħa
Taqtax qalbek, Ġesù Kristu
Itla’ t-telgħa tas-salib
Taqtax qalbek, dalwaqt tasal
Il-Kalvarju issa qrib.
Ma niflaħx, kemm jien batut
Qed inħossni ser immut.
Jien imxejt mat-toroq tagħkom
Ta’ kulħadd kont il-ħabib
U araw ftit biex ħallastuni
Għabbejtuni b’das-salib.
Taqtax qalbek għax dalwaqt
Tiġi l-fidwa li tant xtaqt.
Tqila t-triq, imma wisq itqal
Id-dulur tat-tradiment
Tqila t-triq, u qed inħossni
Sejjer naqa’ kull mument.
Taqtax qalbek, qiegħed qrib
Lejn il-fidwa tas-salib.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: