iż-żifna tal-paċi

Il-paċi għandha żifna
Ma jiżfinhiex kulħadd;
Ippruvaw il-kbar, ippruvaw iż-żgħar
L-għorrief ma waslu qatt
U lili ġew staqsewni:
“Għaliex fil-qalb m’hemmx sliem?”
Għax dik hi frott il-ġenna
U mhux tpaċpiċ u kliem.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.

U l-pass ta’ din iż-żifna
Tgħallmuh ħafna bnedmin;
Stennew għalxejn il-ferħ tal-art
Insew ’l Alla ħanin.
Għax tabilħaqq il-Paċi
Trid tiġi mis-smewwiet,
U bil-mod tiġi f’qalbek
U ddewqek il-ħlewwiet.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika