Jekk jitgerbu l-għoljiet

Rit:
Jekk jitgerbu l-għoljiet
U l-muntanja ssir trab
Imħabbet Alla żgur qatt ma tinħatt
Tibqa’ hemm għal kull min Isejjaħlu ħin xħin
Għannu s-sebħ u l-ġmiel tal-Mulej.

Jista’ qatt jiċħdek Alla,
Jista’ Alla jinsa jħobb
Forsi omm tinsa ’l binha
Żgur li Hu ma jinsiek qatt. Rit:

Jekk xi darba titilqu
Isejjaħlek hu mill-ġdid.
Jekk titbiegħed minn miegħu
Dejjem jibqa’ jistenniek. Rit:

Ersaq lejh xħin tħoss l-għejja
Hu jagħtik kuraġġ ta’ ljun.
Tibqa’ miexi bla tgħejja
Alla miegħek, hu jqawwik. Rit:

Kif hu wiegħed minn dejjem
Meta nfirxu l-ilmijiet
Ħu qatt m’hu ser jitilqek
Wegħedtu hu jtenni mill-ġdid. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika