Jekk qatt ma ħassejt

Jekk qatt ma
ħassejt in-nar tax-xemx

Jekk int qatt ma
nżilt fil-baħar blu

Jekk lanqas biss
taf xi jfisser dal-kliem,

Kif tista’
tgħid min Jien?

Jekk qatt ma
ħassejt il-ferħ tal-Mulej,

Jekk qatt ma
ħabbejt lil Alla l-Feddej

Intefa’
f’riġlejh u agħraf min hu

U hekk tkun sibt
lil Ġesù.

U Ġesù
għadu fid-dinja

Għalkemm
ħafna snin għaddew,

Għax dan
Alla huwa mħabba

Lilu ħafna
nies ħabbew.

Ġesù
Alla tiegħi agħtini idejk

Kun Int id-dawl
tiegħi fiż-żmien li ġej

Titlaqnix waħdi
‘żda żommni ħdejk

Ġesù
ħanin Mulej.

Jekk qatt ma
ħassejt il-ferħ tal-Mulej

Jekk qatt ma
ħabbejt lil Alla l-Feddej

Intefa’
f’riġlejh u agħraf min hu

U hekk tkun sibt
lil Ġesù.

U
Ġesù għadu fid-dinja…


Żminijiet: Ferja 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika