Jifirħu s-smewwiet
Rit:
Jifirħu s-smewwiet, tithenna l-art
U jgħanni l-ħolqien
U jxandru t-tfal ma’ kullimkien
“Osanna lis-Sultan!”
Doqqu t-trombi matul il-lejl
Għax jum il-Mulej fil-qrib!
Qajmu l-poplu, għajtu lkoll
Xandruha mas-smewwiet. Rit:
Qum bil-ħeġġa, tajjar in-ngħas
Ilbes l-ilbies tal-ferħ
Ma’ sbieħ il-għodwa tara d-dawl
U l-glorja tal-Mulej. Rit:
Xandru l-Bxara u la tibżgħux
Għax Kristu li miet hu ħaj!
Għad jerġa’ jiġi fostna lkoll
Fi tmiem iż-żminijiet. Rit:
Għanni għanja ġdida ’l-Mulej
Għax għamel ħolqien kollu ġmiel
Minn qalbek roddlu ħajr u faħħru
Għanni lill-Mulej. Rit:
Żminijiet: Avvent
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: