Karriera

Qaluli: “Miskin” kemm spiċċa ħażin
Imkeċċi, midrub, mistkerrah, mislub.
Kien għaref tassew
’Ma l-għerf m’użahx sew
Għax baqa’ jittarraf u fl-aħħar iġġarraf.
Li kien ftit matur flessibbli w idur
Kien jibni futur, kien jagħmel karriera.

Karriera …..!
Kemm hawn nies imdejqa
Kemm hawn nies ilsiera
Għax lagħbu mas-sewwa
Biex jagħmlu karriera!
Jien ħsibt f’elf karriera
Kif jifhmu l-bnedmin
Ma sibt l-ebda waħda li taqbel
Ma’ ta’ Kristu divin.

Karriera …..!
Min jagħmel għall-fama
Min jagħmel għall-flus
Min ħsiebu biex jaħkem
U jġelled il-ġnus.
Ejjew nies tad-dinja
Fid-dlam mitlufin
Ixegħlu musbieħkom mid-dija
Ta’ Kristu divin.

Karriera …..!
Din hija l-karriera
Ta’ Kristu l-feddej
Li tgħix ħajtek kollha
Għal sieħbek, għal xejn.
Ejjew nies tad-dinja
Mgħobbija bid-dnub
Ixorbu mill-għajn tal-imħabba
Ta’ Kristu mislub.


Żminijiet: Randan 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika