Kieku taf
Kieku taf kemm iħobbok il-Mulej
Kieku taf kemm jixtieqlek ġid
Kieku taf xi mħabba għandu għalik
Kieku taf x’lest minn qalbu jagħtik.
Kieku taf kemm iħobbok il-Mulej
Kieku taf kemm hu tiegħek qrib
Kieku taf kif lilek huwa jqis
Kieku tersaq lejh mill-aktar fis.
Rit:
Kieku taf kemm iħobbok Ġesù
Kieku taf kieku bl-hena tfur.
Kieku taf kemm iħobbok Ġesù
Kieku int illum tmur għandu żgur.
Kieku taf kemm iridek il-Mulej
Kieku taf kemm lest jaċċettak
Kieku taf kif iffissat huwa fik.
Kieku taf kemm imġennen hu bik.
Kieku taf kemm ifittxek il-Mulej
Kieku taf kemm ġa ħabbek hu
Kieku taf kemm tant jixtieqek ħdejh
Kieku issa tmur u tiġri lejh! Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: