Kif Qatt nista’
Rajtek
f’tbissima ta’ wieħed magħkus
Smajtek
f’tisfira t’għasfur tal-bejt,
Ħarstek
lmaħtha f’ta’ ħija batut
Turini li
lili Inti qatt ma nsejt
Tgħidli
li lili bqajt tħobb.
Rajtek fi
fjura, titbissem ġo ġnien
Lmaħtek
f’gawwija, tiġġerra mar-riħ
Idejk
żammejtlek, f’ta’ tifel brikkun
Turini li
lili Inti qatt ma nsejt
Tgħidli
li lili bqajt tħobb.
Lmaħtek
f’żiffa ħelwa tmellisni bil-mod
Rajtek
f’mewġ ikħal titbewwes mal-blat
Wiċċek
fil-ħofra ta’ raġel magħdur
Turini li
lili Inti qatt ma nsejt
Tgħidli
li lili bqajt tħobb.
Rajtek
fis-sħana tax-xemx ta’ kuljum
Smajek
fil-karba ta’ wieħed muġugħ
Mulej kif
qatt nista’ jien lilek ninsiek
Jekk biss
madwari nimraħ tinsab hemm kull ħin
Mulejja
jiena lilek inħobb.
Żminijiet: Ferja
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin