Kristu kkundannat
Sallbu, sallbu …..
Nixtieqkom tgħiduli
Ta’ xiex għandu jmut …..
Ħuduh u agħmlu bih
Skont il-liġi tal-Lhud …..
Imma kif nista’ nsallbu
Jekk ħtija m’għandux ? …..
Is-swat nagħtihulu
Imma l-mewt ma nistax …..
Tridux li neħilsu
Kif nagħmlu fil-Għid? …..
Arawh ftit ir-raġel
Kemm huwa batut …..
Avolja qed jgħid
Illi hu r-Re tal-Lhud? …..
Għidthielkom u nerġa’
Fih ħtija ma nsibx …..
Insallab lil bniedem
Li m’għamilx ħlief ġid? …..
Allura ntihulkom
Ħa jkun kundannat!
Ħeqq, jien x’nista’ nagħmel
Qaddej tal-istat?
Mulej, jien ukoll qaddej tal-istat:
Kemm drabi b’idejja int ġejt kundannat!
Kemm stajt, kemm ħallewni,
Farfart minn spallejja
Imbagħad, meta d-deni kien sar
Ħsilt idejja.
U flok qdejt l-istat, inqdejt jien bl-istat
U għent ta’ kuljum biex jinbena
L-istat tal-qaddejja.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: