Kristu kun ir-Re

Kristu Re li kont minn dejjem,
Ibqa’ fostna il-bnedmin
Ma ddejjaqtx titħallat magħna,
Għalkemm aħna midinbin.
Int ir-Re li għallimt maħfra
Flok tpattija tal-ħażin,
La hemm ħbieb u anqas għadu
Maħfra tistħoqq lill-bnedmin.

Rit:
Kristu kun ir-Re f’kull m’aħna,
Kun ir-Re tal-qalb u r-ruħ
Kun ir-Re li b’ferħ tilqagħna,
Kun ir-Re li ttaffi d-dmugħ.
Aħna lkoll maħluqa għalik,
M’hemmx mistrieħ
Jekk mhuwiex fik.

Kristu Re tal-ifqar faqar,
Akbar m’int, qdejt flok inqdejt,
U xejjint wiċċ il-kburija,
Biex bl-agħar tagħna mort tgħabbejt.
Mhuwiex faċli twettaq kliemek,
F’dinja frugħa, mingħajr serħ!
Madmad tqil għal wild id-dinja,
Imma ’l-qlub iqanqal b’ferħ! Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika