Kristu Msallab
“Sallbu! Sallbu!” l-kotra għajtet
“Sallbu qalb il-ħallelin!
Issa ħej jgħajjat lill-anġli
U tarawhom meħlusin!”
“Sallbu! Sallbu!” l-kotra għajtet
“Tafdawh xejn, żommuh marbut
Sammruh sewwasew bl-imsiemer
Hekk jixraqlu r-Re tal-Lhud.”
Int, Ġesù, Alla setgħani
Bqajt hemm fuq u naf il-għala
Għax żammitek dik l-imħabba
Li fid-dinja ma hawnx bħalha.
La tgergira u la theddida
Ma lissint kontra dan-nies
Biss int tlabt għall-maħfra tagħhom
Dan li għamilt u dana biss.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: