L-għanja ta’ Marija
Illum Ġesù, ġo fija seħħ
Il-wegħda ta’ dejjem.
Ibni l-għażiż
Inħossok fija, Int Alla.
Imxennqa ruħi għalik Mulej,
Ejja la ddumx, ħa nħaddnek miegħi.
Rit:
B’qalbi mfawra bl-imħabba
Għall-umanità
Jiena nilqgħek o Alla.
Fittex ejja, nixtieq narak B’għajnejja
Nixtieq narak b’għajnejja
Nixtieq narak b’għajnejja.x2
Missier tas-Sema, Int kbir bil-bosta,
Minn dejjem Int fija ħsibt,
Umli u fqira
Biex nagħti l-ħajja lil Kristu.
Għalik kollox iseħħ Mulej
Alla u bniedem ġewwa dirgħajja. Rit:
Żminijiet: Avvent, Ferja
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: