L-ispirtu tal-Mulej
L-Ispirtu
tal-Mulej qed jistrieħ fuqi,
L-Ispirtu
talMulej ikkonsagrani;
ħa
nwassal bxara tajba,
bxara
tajba lill-fqajrin,
faraġ
u sliem, ħelsien lill-imjassrin.
L-Ispirtu
t’għerf u dehen qed jistrieħ fuqi,
idawwal
triqti twila, ftit mudlama;
jagħtini
għanja ġdida,
x’ngħanni
b’ħeġġa lill-bnedmin,
kliem
mimli sliem inxandar lil kulħadd.
L-Ispirtu
ta’ kuraġġ qed jistrieħ fuqi,
ħa
nagħti xhieda ħajja ta’ twemmini;
jislifni
l-qawwa tiegħu
biex
inxandar kullimkien
l-isbaħ
aħbar: is-Saltna ta’ Ġesù.
L-Ispirtu
kollu paċi jistrieħ fuqi,
bħal
xmara t’hena kbir issawwab fija;
biex fommi
jlissen, jgħanni
kliem
Ġesù, is-Salvatur,
li fostna
ġie iferraħ l-imnikktin.
L-Ispirtu
tal-imħabba jistrieħ fuqi,
l-Ispirtu
ta’ Ġesù qed iħeġġiġni;
biex bħalu
nagħti ħajti,
qalbi
noffri lill-bnedmin,
ħa
jseħħ issliem, ikollna ferħ dejjiem.
Żminijiet: Ferja, Pentekoste
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul