L-Ispirtu tal-Mulej fuqi
Aħna nġbarna hawn taħt merħla waħda
Biex l-Ispirtu Qaddis lilna jżur
U bih aħna ngħixu ħajja tajba
Kemm issa u wisq iżjed fil-futur.
Rit:
Bl-Ispirtu s-Santu
Jaħdem ġewwa fina
Biex dan jimliena lkoll bil-kuraġġ
Inħobbu ’l Alla
W anke lill-proxxmu
Ngħixu ħajja ….. mill-aħjar.
W’aħna rċevejna issa dan l-Ispirtu
Li qiegħed jaħdem fina lejl u nhar
Li bih aħna nkunu kapaċi
Negħlbu lkoll kull diffikultà. Rit:
U żgur li f’ħajjitna ngħixu ferħana
Għax nagħmlu r-rieda biss tal-Mulej
Din hija verità li qalilna
L-Imgħallem tagħna Kristu l-Feddej. Rit:
Mel’ ejjew ilkoll hawn b’fehma waħda
Niddeċiedu li nimxu mal-Mulej
Għax hu l-Ispirtu tiegħu li jmexxina
Iva aħna mingħajru m’aħna xejn. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: