Lil Kristu ferħ ta’ din id-dinja
Ħallini, Mulej, inxandar f’kull qalb,
F’kull rokna ta’ did-dinja;
Ħallini, Mulej inressaq kull qalb
Għall-għajn tal-kelma tiegħek.
Rit:
Ejjew flimkien ninġabru nkantaw
Lil Kristu ferħ ta’ din id-dinja.
Ejjew flimkien ninġabru nkantaw
Lil Kristu ferħ ta’ din id-dinja.
Wettaqni, Mulej, ħa nsaffi dil-qalb
Ħa tilqa’ l-kelma tiegħek;
Wettaqni, Mulej, ħa nreġġa’ dil-qalb
Fit-triq tas-sewwa tiegħek. Rit:
Mexxini, Mulej, ħa nagħraf id-dawl,
Id-dawl tar-rieda tiegħek;
Mexxini, Mulej, ħa nagħraf il-ferħ,
Il-ferħ tal-kelma tiegħek. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: