Lil Marija Regina

O Marija l-iżjed ħelwa,
Art u sema ifaħħruk,
Ġieħ u qima ta’ Reġina
Bl-akbar ferħ it-tnejn jagħtuk.

Rit:
B’dik l-imħabba li int biha
L-itjeb, l-oħla, l-eqdes Omm,
O Reġina, il-mant tiegħek
Fuqna dejjem dejjem żomm.

O Reġina, liema ħliqa,
Liema qalb ma tifraħx bik,
Ma tixtieqx li d-dinja kollha
Bl-akbar qima ġieħ tagħtik? Rit:

It-tron tiegħek, o Reġina,
Magħruf sewwa minn kulħadd,
Jiddi dejjem bl-isbaħ dija
Bħal ta’ xemx li ma tgħib qatt. Rit:

Jafuh sewwa u bih jiftaħru
Dawk uliedek l-imsejknin.
Li lejh jersqu b’toqol f’qalbhom
Jerġgħu lura wisq henjin. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika