Ma jistħoqqlix

Ma jistħoqqlix li tgħammar ġewwa fija!
Għid kelma biss u r-ruħ tiegħi issir
Safja mill-ġdid u kif jixraq mogħnija
Sabiex tirċievi Sagrament hekk kbir!x2

Aħna bħall-anġli x’xorti kbir għandna!
Huma jarawk u aħna nirċevuk
Ejja, Ġesù, ejja, divina Manna!
Agħmilna dejjem iżjed inħobbuk. x2

Bħaċ-ċerv bil-għatx li bl-ilma frisk jitrejjaq
Hekk jien, Mulej, nixtieq nitgħajjex bik!
Ejja, Ġesù, fittex lil ruħi fejjaq;
Mil-lum ’il hinn
Ma rridx ngħix ħlief għalik! x2

Ejja, Ġesù, nissel l-hena ġo qalbi;
Mingħajrek qatt ma nista’ nsib serħan!
Ejja, Ġesù agħti widen lil talbi;
Qawwi lil ruħi bid-divin għajxien!x2

U meta jdoqq ħin il-mistrieħ għalija,
Meta ma’ xejn ma nkun iżjed marbut,
Ejja, Ġesù, ejja fl-Ewkaristija:
Kif miegħek ngħix
Miegħek irrid immut. x2


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika