Mar-Ragħaj tiegħi
Rit:
Mar-ragħaj tiegħi xejn ma jonqos
Qalbi l-għaxqa ssib fih
F’mergħat ħodor spiss jeħodni
Hemm ħdejn l-ilma biex nistrieħ.
Dejjem hemm biswit biex jgħinni
Imqar jekk nimxi f’wied mudlam
Ma nibżax għax hu qrib tiegħi
Nafda fih għax hu setgħan. Rit:
Mejda lesta hemm quddiemi
Wiċċ il-għadu ħammar nar
Rasi dilek b’żejt ifewwaħ
Mimli l-kalċi sew sax-xfar. Rit:
Miegħi timxi t-tjubija
U l-ħniena mis-smewwiet
Ngħammar miegħu fid-dar tiegħu
Sa ma jtulu ż-żminijiet. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament