Marija ħlejqa sabiħa
Marija, ħlejqa sabiħa
Li bħal fjur issebbaħ is-silenzju
Mantell abjad
Li jħaddan il-ħolqien
Sbejħa, tal-qamar int id-dija.
Marija, inti l-omm tagħna,
Inti Omm l-umanità
Saħansitra Omm l-istess Ħallieq tiegħek
Ħlejqa frott tal-imħabba.
Rit:
Int fostna llum
Ngħannulek għanja f’armonija
Fil-mixja tiegħek
Tmexxina lejn il-Ġenna
Miegħek magħqudin
Nintelqu fik, wassalna int
Marija, għalina qalbek
Bl-imħabba tfur.
Marija, int il-Madonna
Omm tal-vera mħabba int
Imħabba li tirbaħ fuq il-mewt
Ilma ħaj għall-eternità. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: