Missier Setgħani
Rit:
Missier Setgħani, isma’ talbna
Waqt li noffrulek ħobż w inbid.
Bħall-bjuda tal-ġilji
Li fosthom titgħaxxaq,
Dawn l-ostji silġ bojod
Tal-qamħa frott bnin,
Ħajr sħiħ ifissrulek ta’ wlied maħbubin. Rit:
Bħal fwieħa tal-vjoli, mistura, moħbija,
Tal-qlub taħbit ħiemed dan jgħidlek irid:
Is-sobgħ’ għal ħtijietna, li bihom rgħexnik Rit:
Mal-kalċi imfawwar
B’demgħat sħaħ mid-dielja,
Ħajjitna msoffija mill-hemm, mis-salib
Noffrulek; nistqarru li Int tagħna s-Sid. Rit:
Int saħħaħ twemminna
Fi kliem Ġesù Ibnek
Li hawn fih ser jibdel dal-ħobż u l-inbid:
Hekk fuq l-artal tiegħek
Nagħtuk ġieħ kull ħin. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju