Mulej agħmilni strument tal-paċi
Mulej,
Agħmilni strument tal-paċi tiegħek;
Fejn hemm il-mibegħda
Ħallini nħeġġeġ l-imħabba,
Fejn hemm il-ħtija
Ħallini nwassal il-maħfra.
Fejn hemm il-firda
Ħallini nnissel il-għaqda,
Fejn hemm id-dubju
Ħallini ndawwal bil-fidi.
Mgħallem Ġesù agħmel li nfittex:
Mhux li jfarrġuni, imma biss li nfarraġ
Mhux li jifhmuni, imma aktarx li nifhem
Mhux li jħobbuni
Imma li nkun jien li nħobb.
Għaliex biss meta nagħtu, nistgħanew
Meta naħfru, niksbu l-maħfra
Meta mmutu għalina nfusna,
Nitwieldu għall-ħajja ta’ dejjem.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament