Mulej ejja
Mulej ejja, id-dinja tistenniek
Tbegħedna wisq mis-sewwa
Tlaqna ħallejniek.
U issa m’hawnx ħlief gwerer
Mibegħda u taqbid.
Rit:
Ġesù ejja, is-sliem ġibilna, l-imħabba għallimna
Biex fik ningħaqdu flimkien.
Inħossu l-ħtieġa tiegħek
Mingħajrek m’aħna xejn.
Għad baqa’ popli mġewħa
Mistura f’dlam il-lejl.
Il-faqar għadu jsaltan
Qalb l-għani ma tridx tħenn. Rit:
Il-ħolm taż-żgħażagħ tagħna
Qed jgħib fix-xejn illum.
Il-qalb tal-bnedmin kollha
Qed tibred ta’ kuljum.
L-imsejkna għadhom jgħixu
Bla faraġ u mjassrin. Rit:
Mulej għadna niġġieldu
Għadna ma naħfruhiex,
Naħsbu fina nfusna
Kelma ma nżommuhiex.
Inħabbru l-kelma tiegħek
Iżda ma ngħixuhiex. Rit:
Id-dinja għandha bżonnok
Aħna għandna bżonn is-sebħ.
Li jdawwal lil ħajjitna
Dawl li jagħtina s-serħ.
It-tarka tiegħek ħniena
Ix-xabla tiegħek ferħ. Rit:
Il-ħajja mingħajr Kristu
Ma hija ħajja xejn
Għax fejn issib l-imħabba
Id-dinja ma tafx fejn.
Fejn hemm l-imħabba u l-għaqda
Hemm tgħammar int Mulej. Rit:
Żminijiet: Avvent
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: