Mulej irriduk
Bħax-xemx illi ddawwal il-jum tal-Mulej;
Il-qamar wens il-lejl.
Rit:
Mulej irriduk, din qalbna nagħtuk,
Flimkien mal-kant ta’ ferħ.
Mulej irriduk, din qalbna nagħtuk,
Flimkien mal-kant ta’ ferħ.
Bħal fjuri tal-ġonna mimlija lwien sbieħ
Jitħarrku b’mewġ ir-riħ. Rit:
Bħall-ikel li jaqta’ il-ġuħ lill-bnedmin
U l-għatx b’dak l-ilma bnin. Rit:
Bħat-tfajjel li jfittex l-għajnuna tal-omm
Taħt ħarstek lilna żomm. Rit:
Mulej int il-ħajja, is-sewwa, it-triq,
Fik hemm kulma nixtieq. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: