Mulej minn qalbna

Mulejna minn qalbna, O! L-isbaħ tifħir
Nixtiequ noffrulek ma’ radd ta’ ħajr kbir.

Ħajr kbir, o Mulejna,
Jistħoqqlok kull ħin,
Iżda iżjed f’dis-siegħa
Ta’ qlubna mqaddsin.

Xi mħabba tal-għaġeb,
Mulejna ħanin!
Ridt vittma tiġġedded
Għalina ħatjin.

U miegħek tgħaqqadna
Bl-imqaddes tqarbin,
Biex b’ġidek tfawwarna tarana henjin.

Ħallina, immela, b’kull qima nfaħħruk.
B’ġieħ ruħna u qalbna
Kull m’għandna nagħtuk.

Faħħruh bla qies magħna,
Bl-imħabba mħeġġin,
O ħutna tas-sema, o anġli ħelwin.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika