Mulej tiegħi, Alla tiegħi
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Irroddlok ħajr
Għaliex mis-sema nżilt,
Il-ġmiel ħallejt warajk
Biex bniedem bħali sirt,
Obdejt sal-mewt
U issa ħaj, rebbieħ, qomt mill-imwiet.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Jiena nħobbok u nadurak.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Irroddlok ħajr
Għaliex f’dal-ħobż inħbejt,
Biex tibqa’ dejjem qrib
Sakemm itul iż-żmien,
Iġbidna lejk, Ġesù,
Għax għandek biss il-ferħ u s-sliem.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Jiena nħobbok u nadurak.
Żminijiet: Għid
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin