Nadurak Mulej

Mulej, Alla u Sid
Mistoħbi hawn f’dal-ħobż u nbid
Din qalbi kollha rrid nagħtik
Nadurak, Mulej

Mejda t’ikel bnin
Tlestilna int, ħaruf divin
Għajxien tal-fqar, tal-imsejknin
Nadurak, Mulej.

O Sultan Mexxej
F’dawn ix-xbihat Int il-Qaddej
F’dawn ix-xbihat Int il-Feddej
Nadurak, Mulej

B’qima infaħħruk
U nadurawk, waqt li nberkuk
O ħobż tas-sema, inqimuk
Nadurawk, Mulej.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika