Nadurawk
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Għalik l-anġli dlonk titniehed,
Inti l-hena tal-bnedmin.
Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Int is-saħħa tal-qawwija,
Int il-faraġ tad-dgħajfin. Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Int il-qawma ta’ min raqad,
Inti l-għaxja tal-ħajjin. Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Insellmulek, Alla moħbi,
Inti biss taħkem is-snin. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin