nagħmlu kuraġġ
Rit:
Ħarsu ’l quddiem, ħarsu madwar
Ġej il-Mulej, li hu l-ħellies
Ma nibżgħu xejn, nagħmlu kuraġġ
Għaliex il-lejl, jinbidel f’nhar.
Għax hu jeħlisna jekk ikollna qtigħ ta’ qalb
Jekk qisna nżilna f’wied id-dlamijiet
Għax hu jqajjimna biex mill-ġdid
Nittamaw fih
Għax daq l-imrar li dewwaqnieh. Rit:
Għax bħalna jaf x’inhu
Li ma tkunx taf fejn int
Għax ħass li qisu Alla kien ħallieh
F’idejh intreħa hu, għax jafda ħafna fih
U qam rebbieħ minn fost l-imwiet. Rit:
Jekk hemm min ma jemminx
Jien nibqa’ nemmen fih
Nemmen fil-ħajja għaliex jemmen hu
Irrid inħobb tassew kif huwa jaf iħobb
U nibqa’ nħobb minħabba fih. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul