Ngħannu għanja ġdida

Ngħannu għanja ġdida,
Għanja ġdida lill-Mulej:
Kristu Sultan tagħna,
Sid ta’ kollox ta’ kulħadd;

Rit:
Nimxu lkoll warajh,
B’ħeġġa nistqarruh ejjew għalenija,
Inkantaw ma’ kullimkien,
Inkantaw ma’ kullimkien.

Ngħannu għanja ġdida
Għanja ġdida lill-Mulej:
Kristu Feddej tagħna,
Miet għalina fuq salib; Rit:

Ngħannu għanja ġdida
Għanja ġdida lill-Mulej;
Kristu l-Ħajja tagħna,
Għax mill-mewt Hu qam rebbieħ
Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika