Niftakar fik
Is-sema jgħidli, fuq Alla tiegħi;
Id-dinja tgħidli, li Alla miegħi,
U kulma nara, fih ifakkarni,
Il-ħsieb ta’ Alla, dlonk ikabbarni.
Flimkien mal-ħxejjex
Nixtieq ngħannilek,
Flimkien mal-ħlejjaq, nagħti ġieħ lilek.
Sultan ta’ kollox, missier il-ħlewwa,
Rebbieħ għal dejjem
Fuq l-għelt u d-dnewwa.
Jien niftakar fik Mulej. Alleluia!
Titlaqx minn magħna, kompli ismagħna,
Int biss il-faraġ fin-niket tagħna.
Mal-ħut tal-baħar, mat-tjur tal-ajru;
Ma’ min bi kliemu, isabbar ’l għajru.
Jien niftakar fik Mulej.
Jien niftakar fik Mulej. Alleluia!
Jien niftakar fik Mulej.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: