Ninni la tibkix iżjed
Rit:
Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin.
Ejjew, ejjew ja anġli
Mis-sema, mija mija
Ħdejn Alla li ħalaqkom
Bambin ġewwa l-fisqija. Rit:
Ejjew taraw b’għajnejkom
Lil Alla Kbir tal-ħniena
Bambin sabiħ u ħelu
Ininni ġo benniena. Rit:
Ejjew araw o rgħajja
F’kemm faqar, f’kemm tbatija
Is-sid ta’ kollox twieled
Bin Alla, il-Messija. Rit:
Ejjew kbarat tad-dinja
Ejjew mingħajr kburija
Araw kif Alla Sidna
Iċċekken sar tarbija. Rit:
Sar bniedem, sar tarbija
Biex jiġbed il-qlub tagħna
Biex bl-aqwa ġid tas-sema
Henjin bla qies jarana. Rit:
Żminijiet: Milied
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: