Nippreżentawlek Missier qaddis

Nippreżentawlek Missier qaddis
Dan il-ħobż u dan l-inbid
Sinjali dgħajfa taċ-ċokon tagħna
Mal-kobor tiegħek infinit.
Bl-Ispirtu s-Santu u bil-kelma tiegħek
Ibdilhom int għalina llum
Biex isiru l-ħobż tal-ħajja
U d-demm prezzjuz tas-Salvatur.

Rit:
U bħal Marija nippreżentawlek
Mhux iżjed ħobż u mhux inbid
Nippreżentawlek ġol-maqdes Tiegħek
Lil Kristu vittma u qassis.

Nippreżentawlek Missier qaddis
Lilna lkoll hawn miġburin
Biex noffru lilek l-offerta safja
Bħala midinba mifdijin.
Ġesù jmexxina, hu stess joffrina
Quddiemek stess, Missier ħanin
Daqs li kieku kull wieħed minna
Kien ma’ Ġesù fuq is-salib. Rit:


Żminijiet: Ferja 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika