Nissieħbu fih għall-imħabba

Hemm dawl jiddi f’għajnejna
Li jneħħi d-dalma kollha;
Issa ż-żmien li nħallu d-dawl
Jurina fejn hi t-triq.
Hemm għanja tidwi fina
Li tkeċċi d-dwejjaq kollha;
Issa ż-żmien biex l-għanja
Nsemmgħuha kullimkien ilkoll flimkien

Hemm nar jaqbad f’ġisimna
Li jtaffi l-ifjen kesħa;
Issa ż-żmien li nqabbdu n-nar
Nissieħbu lkoll flimkien.
Hemm riħ jonfoħ madwarna
Li jxejjen kull sħab iswed;
Issa ż-żmien li nħallu r-riħ
Inaddafna lkoll mill-ġdid.

Rit:
Biex kif Kristu ħabb lilna l-bnedmin
Offra ħajtu fuq salib;
Hekk inħobbu aħna lil xulxin
U lejh nersqu aktar qrib.
Int li f’qalbna
Xgħelt l-imħabba għalik
Għinna ngħixu magħqudin;
Kull fejn ngħaddu
Nkebbsu n-nar mill-ġdid,
Inkunu xhieda għall-bnedmin.

Hemm ritmu jħabbat
B’saħħa li jheżżeż il-qlub tagħna;
Issa ż-żmien li nħallu r-ritmu jmexxina,
Jċaqlaqna hu.
Hemm ilma frisk iqattar
Li jaqta’ l-għatx tan-nixfa;
Issa ż-żmien li nwasslu l-ilma
Lil kull min għandu bżonn. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika