Noel, Noel
Ġa kien wasal iż-żmien
Li jitwettqu l-wegħdiet
U kulħadd kien jistenna il-jum tal-Milied
Alla wiegħed Feddej
Li s-serp jisħaq bl-għarqub
Meta Adam ġewwa l-Eden
Tebbagħna bid-dnub.
Rit:
Noel, Noel, Noel, Noel
Twieled ir-Re ta’ Israel.
Bħal Iżakk kien offrut
Daqs Ġużeppi mibjugħ
Bħal Mosè mill-eżilju
Ġie jsalva kull ruħ.
U Danjeli b’ferħ kbir
Kien ħabbrilna l-jum
Iżaija: imnissel minn David ikun. Rit:
Kristu twieled biex jgħaqqad
Il-ġnus mifrudin
Iħabbibhom ma’ Alla
Jagħmilhom henjin.
Glorja ’l Alla kull ħin
Paċi fl-art lill-bnedmin
Ma’ Marija u Ġużeppi
Mal-ħbieb qaddisin. Rit:
U Mikea żied jgħid
“Ġewwa Betlem ikun”
Gabrijeli: “Saltnatu
Għal dejjem iddum”.
Isma’ Ġwanni l-Għammied
“Ħejju t-triq il-Mulej
Għaliex ġa qiegħed magħkom
L-Imwiegħed Feddej”. Rit:
Żminijiet: Milied
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul, Tqarbin