Noffru lkoll

Noffru lkoll ix-xogħol tagħna,
O Mulej
Noffru lkoll din ħajjitna,
O Feddej
Dawn nagħtuk biex inti tkun il-Mexxej
’Tina d-dawl biex aħna nagħrfuk
U aktar inqimuk.

Rit:
Fuq salib int mitt,
Biex tagħtina l-ħelsien
Miġburin, inkantaw lkoll flimkien
Kant ta’ ferħ
Talli tajtna l-ħolqien
Tant ferħanin, inħobbuk, nadurawk.

Noffru dal-ħobż u nbid
Int għamilt tant ġid
Ftaħtilna t-triq
Ħallejtilna qalbek, ġismek, demmek. Rit:


Żminijiet: Randan 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika